Il-lejl li għadda, uffiċjali tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta waqqfu raġel li kien fi triqtu lejn il-Kajr, fl-Eġittu, wara li fuqu nstab li kellu b’aktar minn għaxart elef ewro.
Waqt tfittxija ta’ rutina li ssir fiż-żona tat-tluq tal-ajruport, l-uffiċjali sabu l-flus minn diversi pajjiżi, fil-handluggage tar-raġel Libjan, ftit qabel ma qabad titjira lejn Istanbul.
Huwa kellu ħdax-il elf u tliet mitt ewro, elfejn u sittin flus Eġizzjani u mija u erbgħin Dinar Tuneżin.
Il-passiġġier qal li ma kienx jaf b’din il-liġi dwar kontroll ta’ flus u li l-flus li kien qed iġorr kien ser jużahom biex ikopri l-ispejjeż tal-vjaġġi.
Il-liġi Ewropea u Nazzjonali tobbliga li min se jsiefer b’aktar minn għaxart elef ewro jew aktar, minn jew lejn kwalunkwe pajjiż, jiddikjara dan fid-Dwana tal-pajjiż.