Ilbieraħ filgħaxija, raġel Malti ta’ 39 sena ġie arrestat mill-membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li fil-pussess tiegħu nstabu diversi qratas tal-kokaina kif ukoll joints tal-kannabis lesti biex jiġu ttraffikati. Huwa ġie arrestat waqt li kien fi stabbiliment f’Buġibba.
Ir-raġel qiegħed jinżamm mill-Pulizija għal aktar investigazzjonijiet.
Intant iktar tard matul il-lejl, membri mit-taqsim tal-Administrative Law Enforecement arrestaw żewġ persuni, Alġerin ta’ 23 sena u Somalu ta’ 21 sena wara li fil-pussess tagħhom instabu sustanzi suspettati kokaina u kannabis li kienu imqasma go diversi qratas lesti sabiex jiġu ttraffikati.
Iż-żewġ persuni ġew arrestati ġewwa Paceville.
Huma ttieħdu ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sabiex jassistu lill-Pulizija fl-investiazzjonijiet.