Bħalissa għaddejja tfittxija għal żewġ ġuvintur ta’ 19 u 21 sena, wieħed Malti u l-ieħor x’aktarx ta’ nazzjonalità barranija, dan wara li kmieni dalgħodu għall-ħabta tal-5:00 ta’ filgħodu sajjieda li kienu fl-istess żona rrapportaw kif sabu żewġ basktijiet meta niżlu biex jistadu l-Blata tal-Melħ fir-Rabat.
Jidher li bħalissa t-tfittxija qed issir kemm fuq l-art kif ukoll fuq il-baħar, permezz tal-għajnuna tal-Forzi Armati ta’ Malta li saħansitra għal din it-tfittxija qed jintuża wkoll ħelikopter.
Dan hekk kif jidher li għadu mhux magħruf fejn jinsabu dawn iż-żewġ ġuvintur dan hekk kif apparti basktijiet instabu wkoll ż-żraben tagħhom u kif ukoll mowbajls.
L-aħħar li ntlemħu kien ilbieraħ wara nofsinhar. Fuq il-post bħalissa hemm membri mir-Rapid Intervention Unit u kif ukoll sajjieda li sabu l-affarijiet.
X’aktarx iż-żewġ żgħażagħ marru fuq il-post permezz ta’ rota.
Aktar informazzjoni fil-ħin li ġej…
telqu bir-rota lbierah filghaxija –