“Il-mard mentali huwa problema reali! Jaffettwa ħafna persuni minn madwar id-dinja u ta’ kull età. Nappella lill-ġenituri biex jieħduha bis-serjetà meta t-tfal juru sinjali li jaf ikollhom problema fis-saħħa mentali u mhux tgħidulhom li din hi fażi.”
Dan kien l-appell ta’ hairdresser li l-ġimgħa l-oħra kitbet messaġġ twil fuq is-sit soċjali Facebook dwar każ partikolari li ltaqgħet miegħu fil-ħanut tax-xagħar tagħha fl-Ingilterra.
Kayley Olsson irrakkontat kif tfajla ta’ 16-il sena li daħlet għandha u li kellha każ ta’ dippressjoni kbira, tant ma kinitx tiflaħ tagħmel l-affarijiet ta’ kuljum li waqfet tieħu ħsieb xagħrha.
It-tfajla kif daħlet qaltilha li wasal il-mument li tirritorna lura l-iskola, u se jkollha tieħu ritratt. Kien għalekk li staqsietha jekk tistax taqtalha xagħrha qasir hekk kif il-kundizzjoni ta’ kif kien ma kienx daqstant sabiħ. It-tfajla kompliet billi qalet li l-problema li għandha, tant hi serja, li minħabba fiha tħoss li hi ma tiswa għal xejn.
B’qalb maqsuma sidt il-ħanut qattgħet tmien sigħat dakinhar stess, u ħames sigħat l-għada biex tirranġalha xagħrha u mhux taqbad u tqasqasulha qasir biex teħles. Dan sabiex tara tbissima kbira fuq fomm it-tfajla u biex turiha li anke hi, hi sabiħa.
Sidt il-ħanut kitbet kif “l-aħħar kumment li qaltli qabel ħarġet mill-ħanut kien ‘Se nkun verament qed nitbissem illum fir-ritratti tal-iskola, kont ta’ għajnuna biex jien inħossni verament jien wara dan kollu.”
Din hi storja li ġiet ‘shared’ fuq Facebook aktar minn 200,000 darba b’bosta jfaħħru l-ġest nobbli ta’ din il-mara. Storja li tant ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta, li saħansitra ġiet irrappurtata fuq mezzi tal-midja oħra, fosthom il-BBC.