Il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li mhux qed jelimina l-possibilità ta’ azzjoni militari b’rabta mal-kriżi fil-Venezwela.
Huwa qal li n-nies qed isofru u qed imutu.
Il-Ministru tal-Venezwela tad-Difiża Vladimir Padrino qal li s-suġġeriment ta’ Trump kien azzjoni tal-imġienen.
L-assemblea kostitwenti l-ġdida tal-President Nicolas Maduro rċeviet ħafna kritika u ġiet deskritta bħala anti-demokratika. L-Istati Uniti riċentament imponiet sanzjonijiet fuq Maduro, li kien deskritt bħala ditattur.