Mal-mitt elf persuna jżuru l-Lascaris War Rooms fis-sena. Wieħed mill-erbgħa u għoxrin siti l-aktar popolari li għandha l-fondazzjoni Wirt Artna.
Dan ix-shelter jinsab fil-Belt Valletta u jieħu lura lill-pubbliku fi żmien il-gwerra.
Waħda mill-attrazzjonijiet prinċipali hija l-“Fighter operation room”. Din kienet tintuża tul l-aħħar gwerra dinjija biex tikkordina difiża tal-ajru fi żmien it-tieni gwerra dinjija meta Malta kienet tkun attakkata mill-ajru.
Ma’ one.com.mt tkellem il-Kap Eżekuttiv tal-Fondazzjoni Wirt Artna Mario Farrugia fejn spjega kif fl-okkażjoni tal-75 anniversarju mid-dħul tal-konvoj ta’ Santa Marija, din il-kamra ngħatat l-ħajja b’għadd ta’ reenactments li qed isiru minn atturi Maltin u Ingliżi.
Sostna kif fost il-persuni li attendew sabiex jaraw din ir-reenactment storika kien il-Ministru għall-Kultura Owen Bonnici. Fejn faħħar din l-inizjattiva li ħarġet biha l-Fondazzjoni Wirt Artna sabiex il-poplu Malti jifhem aktar l-istorja ta’ pajjiżna.
Din l-attività se tkun qed tiqba’ għaddejja sa għada, b’kull reenactment isir kull siegħa bejn il-11:00 tal filgħodu u t-15:00 ta’ wara nofsinhar.