Raġel li kmieni dalgħodu kien involut f’inċident tat-traffiku f’Ħal Luqa ħelisha ħafif. Dan wara li għal xi raġuni l-vann li hu kien qed isuq kellu impatt bil-konsegwenza li nqaleb.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:10 ta’ dalgħodu fi triq l-Avjazzjoni f’Ħal Luqa.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Protezzjoni Ċivili, iżda s-sewwieq leħaq ħareġ waħdu mill-vann.
Fortunatament hu ma ġarrab ebda ġrieħi.