Numru kbir ta’ nies fosthom ħafna tfal imlew ir-raħal taż-Żejtun f’kaċċa teżor nazzjonali, jew kif ħafna jsejħulu Treasure Hunt. It-tieni edizzjoni ta’ din it-Treasure Hunt organizzat mill-grupp ŻOEY ġiet imtella’ biex toħloq aktar attenzjoni dwar tgħalim fuq l-identità kulturali tagħna amalgamata m’attività fiżika.
Identità li tinkludi l-istil ta’ ħajja u l-ambjent tal-ġenerazzjoni ta’ qabel din. Tul din l-attività 300 persuna ġriet madwar iż-Żejtun u tieħu ritratti, jew aħjar stessi, ma’ 40-il biċċa informazzjoni li jinkludu monumenti, bini, kif ukoll siti famużi fi ħdan iż-Żejtun.
Shaun Chircop, membru ta’ ŻOEY, organizzazzjoni fi ħdan iż-Żejtun qasam magħna ftit informazzjoni dwar din l-attività.