Fr Charles Fenech se jappella d-deċiżjoni tal-Qorti li permezz tagħha kien ikkundannat tliet xhur ħabs sospiżi wara li nstab ħati ta’ avvanz vjolenti fuq il-pudur ta’ mara vulnerabbli.
Ikkonferma dan il-Provinċjal tal-Ordni Dumnikana, Fr Frans Micallef, meta ONE NEWS żar il-kuvent fir-Rabat l-għada tas-sentenza.
Skomdu għall-aħħar bil-preżenza tal-ġurnalisti l-għada tal-verdett, il-Provinċjali insista li ma riedx ikun iffilmjat. Għalkemm meta magħfus biex jikkummenta fid-dawl tal-importanza tal-każ u l-irwol tiegħu fl-Ordni żvela li se jkun hemm appell.
Wara s-sentenza tal-Qorti l-Kurja qalet li Fr Charles Fenech hu pprojbit milli jamministra s-sagramenti.
Biex b’hekk ma kien hemm ebda bidla wara s-sentenza li sabet bħala minnhom il-weġgħat ta’ mara marida mentalment li spiċċat vittma ta’ Fr Charles li kien imexxi wkoll il-Moviment Kerygma.
Intant, l-Avukat Ġenerali ukoll jista’ jappella mid-deċiżjoni tal-Qorti jekk jemmen li s-sentenza mhix ħarxa biżżejjed. Esperti legali fissru kif bħalissa l-Avukat Ġenerali jkun jistenna l-pożizzjoni tal-Kummissarju tal-Pulizija li għandu erbat ijiem xogħol biex jagħmel dan.