Dik li qed tkun suspettata li hija bomba li ma splodietx instabet fis-sit fejn hemm l-impjant nukleari ta’ Fukushima fil-Ġappun.
Qed ikun maħsub li din il-bomba twaqqgħet mill-Istati Uniti fit-Tieni Gwerra Dinjija.
Din instabet minn ħaddiema li qed jibnu parkeġġ fis-sit.
Il-kumpanija Tepco qalet li hekk kif l-oġġett suspettuż instab, ix-xogħol kien sospiż u ż-żona ġiet dikjarata bħala temporanjament magħluqa.