Corinthia Hotels ħabbret li xtrat Hotel Astria fiċ-ċentru ta’ Brussell bil-għan li tittrasformaha fl-aqwa lukanda tal-kapitali Belġjana.
Huwa ppjanat li din il-binja, li tmur lura għall-1909 u li ilha vakanti għal dawn l-aħħar għaxar snin, se tissejjaħ ‘Corinthia Grand Hotel Astoria’. Jekk kollox jimxi skont il-pjan, il-lukanda mistennija tiftaħ il-bibien tagħha fl-2019 u se jkollha 121 kamra.
Iċ-ċermen tal-Corinthia, Alfred Pisani, qal li l-għan aħħari huwa li wieħed jagħmel din il-lukanda l-aqwa waħda fi Brussell. S’issa l-Corinthia għandha disa’ lukandi f’pajjiżi differenti.