Fil-Ħamrun waslet il-ġimgħa ta’ San Gejtanu u filwaqt li l-baned ta’ dan il-lokal ta’ kull sena jħejju bil-kbir, din id-darba l-Banda San Gejtanu għandha s-sodisfazzjoni ta’ erbatax –il marċ ġdid f’cd doppja li ħarġet għall-partitarji u dawk kollha li jħobbu l-mużika. Ma’ One News, is-Surmast Direttur tal-Għaqda Jonathan Borg spjega kif il-maġġoranza tal-kompożituri huma membri tal-istess għaqda.
Apparti dan il-Banda San Gejtanu ħarġet ukoll CD b’quddiesa komposta minn Ray Sciberras. Quddiesa li ndaqqet ftit tal-jiem ilu f’quddiesa li ssir ta’ kull sena fil-bitħa tal-każin li kienet kkonċelebrata mill-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona. Intant , il-ħidma għal festa mill-aqwa tkun ilha għaddejja sena sħiħa kif spjega Joe Cini rappreżentant tal-banda.
U din is-sena hemm xi sorpriża ?