Id-Deputat Nazzjonalista u kontestant għall-Kap, Chris Said, qal li hu sodisfatt li Simon Busuttil iddeċieda li jżomm is-siġġu parlamentari tiegħu.
“Apprezzajt u lqajt bi pjaċir li Simon Busuttil,” iddeċieda li jżomm is-siġġu parlamentari tiegħu qal Said ftit tal-jiem wara li Mario Galea, deputat ieħor tal-PN, qal li għandu jirriżenja.
Intant, meta mistoqsi jekk jaqbilx li Daphne Caruana Galizia kienet waħda mir-raġunijiet tat-telfa tal-Partit Nazzjonalista Chris Said qal li se jiddiskuti r-raġunijiet mal-attivisti tal-partit la jkun Kap.
Peró waħħal fil-power of incumbency li skont hu uża l-gvern.
https://www.facebook.com/ONENEWSMALTA/videos/1566769883374762/