Filwaqt li baqgħet tgħaqad is-sitwazzjoni bejn il-Korea ta’ Fuq u l-Istati Uniti, is-Segretarju tal-Istat, Rex Tillerson qal li m’hemm ebda theddida imminenti mill-Korea ta’ Fuq. Dan anke jekk Pyongyang wissa li qed jikkunsidra attakk fuq Guam territorju fil-Paċifiku.
Il-Korea ta’ fuq qalet li qed tikkunsidra li twettaq attakki bil-missilli fuq it-terroritorju paċifiku tal-Istati Uniti, Guam, fejn huma bbażati l-bombi strateġiċi tal-Istati Uniti.
Dan wasal sigħat wara li l-President tal-Istati Uniti, Donald Trump hedded lill-Korea ta’ Fuq jekk se tkompli tippresisti b’theddid ta’ attakki nukleari, l-Istati Uniti lesti jwieġbu lura b’rabja li d-dinja qatt ma rat bħalha.
In-Nazzjonijiet Magħquda riċentament approvat iktar sanzjonijiet ekonomiċi kontra l-Korea ta’ Fuq.
Il-Korea ta’ Fuq qalet li din hija vjolazzjoni vjolenti tad-drittijiet tas-sovrenita’ tagħhom, u wissiet lill-Istati Uniti li se jkunu qed iħallsu prezz għal dan.
L-iskambji jimmarkaw żieda qawwija fir-retorika bejn iż-żewġ pajjiżi.
Fi Guam, Tillerson iddefenda wkoll dikjarazzjonijiet tal-President Doland Trump li hedded lill-Korea ta’ Fuq.
Tillerson qal li Trum ried jibgħat messaġġ ċar f’din is-sitwazzjon. Trump jinsab fuq btala fi New Jersey u tenna li s-saħħa nukleari ta’ l-Istati Uniti hi ikbar minn qatt qabel. Filwaqt li żied li jittama li ma jkunx hemm il-ħtieġa li jintużaw.
Fi Guam, fejn qed jhedded li jattakka l-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq, hemm bażi military Amerikana u madwar mija sitta u tletin elf persuna. Tillerson żied jittama li l-pressjoni internazzjonali nkluż mir-Russja u ċ-Ċina jistgħu jwasslu għal diskussjoni u ġejjini differenti.