Tifla ta’ disa snin Rihanna Marie Caruana mill-Mosta għat-tieni sena konsekuttiva kisbet l-ewwel post fil-festival popolari bl-isem ta’ “OLTREOCEANO”, li sar nhar is-Sibt 5 ta’ Awwissu f’ Monreale, Palermo.
Rihanna Marie kkompetiet flimkien mas-sitt żeffiena tagħha mill-iskola taż-żfin “SHAKE DANCERS”, bil-kanżunetta popolari tal-kantanta Lorella Cuccarini “LA NOTTE VOLA”. Hija kienet mgħallma taħt is-supervizzjoni tas-Sa. Ritienne Azzopardi u l-Maestro Joseph Chircop, diretturi tal-iskola tal-kant Harmonic Ensamble Voice and Music Academy.
Is-sena l-oħra Rihanna Marie kkompetiet wara li ġiet magħżula mill-organizzaturi tal festivals locali “Erseb Productions” biex tirraprezenta lil Malta, fejn ukoll kklassifikat fl-ewwel post. F’Novembru li għadda ġiet mistiedna mill-organizzaturSignor Michele Valenti, bħala l-kantanta mistiedna fit-teatru ta’ Monreale.
Din s-sena Rihanna Marie għaddiet għas-sezzjoni ta’ bejn id-disa’ u l-erbatax il sena. Il-ġurija kienet komposta minn diretturi u produtturi famużi, saħansitra minn stazzjonijiet popolari bħal Mediaset u Rai.