Raġel ta’ 48 sena residenti l-Mosta waqa’ madwar sular u nofs minn gallarija waqt li kien qiegħed jagħmel xi xogħol ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-14.00, fi Triq Bernardette, San Ġwann.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija ghadhom għaddejjin.