Il-kantanta Rihanna ta’ 29 minn Barbados, ġibdet l-attenzjoni ta’ bosta wara li tefgħet ritratti fuq il-midja soċjali hi u tattendi għall-festival Crop Over f’Barbados.
Dawn ir-ritratt juru lill-kantanta b’kostum indurat bil-ġojjelli u b’rix ħodor u roża ma’ dahra. Dan huwa kostum tipiku li wieħed jara f’dan il-festival iżda mhux dejjem kien hekk. Fiż-żmien dan il-festival kien jiġi ċċelebrat bi flokkijiet sempliċi iżda maż-żminijiet in-nies bdew ikunu iktar kreattivi u bdew iħaddnu iktar il-kultura ta’ Crop Over.
Dan ir-ritratt qanqal reazzjonijiet varji, bil-fanatiċi jikkumplimentawha u jirringrazzjawha talli sebbħet l-internet bil-preżenza tagħha. Rihanna ġibdet ukoll l-attenzjoni ta’ Chris Brown l-eks sieħeb tagħha li lura fl-elfejn u disgħa kien abbuża minnha fiżikament. Brown ikkumentalha billi poġġa emoji ta’ par għajnejn fuq ir-ritratt bil-konsegwenza li rrispondewh ħafna mill-fanatiċi tal-kantanta jgħidulu biex iżomm ‘il bogħod minnha.