L-eżaminatur mediku ta’ New York qal li vittma ieħor tal-attakk fuq il-World Trade Center, li seħħ fil-ħdax ta’ Settembru ta’ sittax-il sena ilu, ġie identifikat.
Ir-raġel huwa l-elf, sitt mija wieħed u erbgħin persuna li kien identifikat minn total ta’ elfejn, seba mija tlieta u ħamsin persuna li mietu fl-attakk.
L-identità tiegħu, li kienet skoperta permezz ta’ teknoloġija ġdida tad-DNA, mhux qed tkun żvelata fuq talba tal-familja.
Qabel din it-tħabbira, l-aħħar persuna li kienet identifikata tmur sentejn lura, propju f’Marzu tal-elfejn u ħmistax.