Il-Qorti Maltija, ippreseduta minn tliet Imħallfin għax fi stadju ta’ appell, iddeċidiet li missier m’għandux jibgħat ma’ bintu pakketti ta’ snacks meta din tmur biex tara lil ommha.
L-omm ilmentat li t-tifla qed tingħata baskett ikel biex tnaqqru waqt li tkun għandha. Iżda, dan qed iwassal biex ma tkunx trid tiekol l-ikel li tipprepara hi.
Wara li semgħet lill-ġenituri u lit-tifla, il-Qorti qalet li meta t-tifla tmur għand ommha għandha tkun mħajjra tiekol l-ikel bnin imħejji għaliha.
“Għalhekk il-missier qed ikun ordnat ma jibgħatx ikel jew pakketti tal-ikel mat-tifla meta din ikollha l-aċċess mal-omm,” qalet il-Qorti li tenniet li l-omm għandha tfittex li jkun hemm kwalità ta’ ikel. Il-Qorti kienet ippreseduta mill-Prim Imħallef u żewġ Imħallfin.