Il-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali se tkun qed testendi is-servizzi soċjali tagħha fil-lokalitajiet tal-Imsida u l-Fgura.
Dan hekk kif dalgħodu kien iffirmat ftehim li permezz tieghu l-Kunsilli Lokali se jkunu qed joffru servizzi aħjar għall-komunità.
Alfred Grixti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi Soċjali spjega li l-għan hu li jkunu indirizzati l-isfidi soċjali b’mod dirett.
Min naħa tiegħu l-Ministru għall-Familja u s-Solidarjetà Soċjali Michael Falzon sostna li l-prinċipju ewlieni għal dan il-Gvern hu li jkun eqreb in-nies u għalhekk l-importanza ta’ kontinwità; li jissaħħaħ dak li diġà inbena.