In-negozjati tar-Renju Unit dwar Brexit ma bdewx fuq nota tajba fost differenzi fi ħdan il-kabinett.
Sir Simon Fraser, mill-uffiċju tal-affarijiet barranin sal-elfejn u ħmistax qal li n-naħa tar-Renju Unit kienet ftit assenti min-negozjati formali fi Brussell.
Sir Simon, li issa jagħti l-pariri lin-negozji dwar Brexit qal li huwa mħasseb li r-Renju Unit għadha ma ressqitx ‘il quddiem pożizzjoni ċara.
Intant, il-gvern mistenni jippubblika dalwaqt position papers dwar kwistjonijiet ewlenin marbuta ma’ dawn in-negozjati.