Żewġt irġiel ittieħdu l-isptar Mater Dei wara li kmieni dalgħodu kienu involuti f’argument bejn numru ta’ persuni f’San Ġiljan.
Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5:30 ta’ dalgħodu fi triq San Ġorġ f’San Ġiljan meta l-Pulizija tal-Għassa ta’ San Ġiljan kienu infurmati li kien hemm argument bejn numru ta’ persuni.
Kif waslu fuq il-post instab li kien hemm żewġ persuni feruti fejn issejħet ambulanza biex tassisti liż-żewġt persuni. Il-persuni huma żewġt irġiel ta’ nazzjonalità Indjana, wieħed ta’ 27 sena li nstab li ndarab ħafif filwaqt li l-persuna l-oħra għandu 29 sena u nstab li ndarab b’mod gravi.