Żewġ festivals kulturali ewlenin li jiġu mtellgħin ta’ kull sena fl-ewwel ġimgħat tas-sajf raw żieda konsiderevoli fl-attendenza, kif jikkonferma survey imħejji mill-Kunsill Malti għall-Arti.
Il-Festival tal-Jazz kif ukoll il-Festival Internazzjonali tal-Arti raw żieda fin-numru ta’ nies, u l-Kunsill b’wiċċu ‘l quddiem jgħid kif dawn il-festivals dejjem qegħdin jiżviluppaw propju sabiex jattiraw iktar nies.
Id-Direttur għall-festivals u l-avvenimenti Annabelle Stivala stqarret li dawn iċ-ċifri waslu sforz ix-xogħol kontinwu tal-Kunsill sabiex jattiraw iktar nies u jilħqu udjenza ikbar billi għelbu sfidi fuq diversi livelli.