Minkejja s-sħana qalila li ħakmet il-gżejjer Maltin, dan ma naqqas xejn milli tkun iċċelebrata l-festa ta’ Kristu Salvatur f’Ħal-Lija, festa li ta’ kull sena tiġbed leja bosta nies.
Il-Jum tal-Ħadd beda b’quddiesa ċċelebrata mill-monsijur Arċisqof ta’ Malta Charles Scicluna bil-preżenza tal-Prim Ministru Joseph Muscat fost oħrajn. Quddiesa li matula l-kanonku David Cilia kellu omelija dwar ix-xbieha ta’ Ġesu f’ Alla.
Għal edizzjoni tal-festa ta’ Kristu Salvatur l-Arċisqof Scicluna rregala salib moni b’ relikwa lill-istatwa tas-Salvatur ta’ Ħal-Lija.
U wara l-funzjoni ta’ ġewwa l-knisja il-festa komplit ukoll aktar tard fuq barra fejn għall-festa ta’ din is-sena l-għaqdiet tar-raħal ħadmu sabiex iġibu grupp Sqalli li jagħmel spettaklu bit-tnabar u l-bnadar.
Dan sar bil-ħidma li saret ukoll mal-vilaġġ ta’ Militello fi Sqallija liema l-istess Sindku tal-lokal, Giovanni Burtone, kellu kliem ta’ tifħir dwar din l-għaqda.