Raġel qed jinżamm mill-pulizija f’Pariġi wara prova jidħol fl-Eiffel Tower b’sikkina.
Il-kumpanija li tmexxi l-istess torri qalet li r-raġel kien megħlub mill-ewwel u arrestat, filwaqt li ħadd ma weġġa.
L-inċident fl-Eiffel Tower seħħ fil-ħdax u nofs tas-Sibt filgħaxija u wara l-arrest, il-pulizija evakwat it-torri.
Franza ilha taħt stat ta’ emerġenza mill-attakki terroristiċi li seħħe f’Novembru tal-2015, li ħallew 130 persuna mejta.