Xhieda ta’ kemm fil-battalja għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista qed ikompli jintilef il-kontroll kienet dikjarazzjoni li David Casa għamel fl-aħħar jiem fil-każin Nazzjonalista taż-Żurrieq. Casa, li huwa interessat fil-kariga ta’ Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, mar iż-Żurrieq biex jappoġġja lil Chris Said, wieħed mill-erba’ kontestanti għall-kariga ta’ kap.
Iżda, l-ewwel messaġġ li kellu kien imur lil hinn minn hekk. Tant li Da- vid Casa kkonferma dak li rrapporta- jna l-Ħadd li għadda li f’din it-telli- eqa għall-Kap fil-Partit Nazzjonalista ħerġin is-skieken bla limitu. Casa qal li dan mhux mument feliċi għall-Partit Nazzjonalista.
“Jien bħalissa ninsab muġugħ bil-ġlieda interna kif qed issir fl-apert wieħed kontra l-ieħor,” qal David Casa.
Casa eskluda lil Chris Said minn din il-ġlieda. “Lill-Partit Nazzjonalista m’għandniex nattakkawh biex nużaw lil xulxin. Aħna wieħed għandna nattakkaw l-oppo- nent tagħna,” qal David Casa li tenna li dan la hu Chris Said u lanqas l-amministrazzjoni attwali.
“L-opponent tagħna huwa l-Partit Laburista,” qal il-Membru tal-Parlament Ewropew li ftaħar bl-għażliet li għamel favur Lawrence Gonzi u Simon Busuttil.
“Għandna biex inkunu kburin,” żied Casa li fetaħ eloġju għal Chris Said. Kollox jindika li jekk jirbaħ Said, David Casa jkollu ċans ikbar isir Seg- retarju Ġenerali. Dan għax il-favor- it ta’ Adrian Delia, kontestant ieħor għat-tmexxija, huwa Pierre Portelli. David Casa ilu jberren biex jidħol għal din il-biċċa xogħol tant li kien iddikjara li kien lest jikkontesta li kieku Rosette Thake ma kkontestatx l-aħħar elezzjoni.
Casa għamilha ċara kif jaħsibha f’mument fejn Thake kienet għadha fil-kariga. Imkejjen fil-Partit Nazzjon- alista qalulna li Casa issa ilu Brussell għal diversi snin u filwaqt li assigura l-kundizzjonijiet tajbin tal-Parlament Ewropew, inkluż il-pensjoni, issa jinsab interessat f’bidla fil-karriera u għal- hekk jixtieq jerġa’ jiġi lura Malta fid-Dar Ċentrali.