Tmien minaturi qed jitqiesu bħala neqsin dan wara għarar li seħħ f’waħda mill-ikbar minjiera tad-djamanti fir-Russja.
Kmieni l-Ġimgħa filgħodu beda jnixxi l-ilma taħt l-art waqt li kien hemm madwar 100 ħaddiem.
Bosta minnhom ġew salvati mill-mijira Mir li tinsab fis-Siberja, dan skont il-kumpanija tad-djamanti Alrosa, li tieħu ħsieb l-operazzjonijiet li jitwettqu hemm.
Iżda l-kumpanija sostniet li dak li jiġi rrapportat, li dawk li kienu neqsin instabu, hi aħbar falza dan hekk kif it-tfittxijiet għadhom għaddejjin.
Il-villaġġ Mirny f’Yakutia qiegħed fi stat t’emerġenza.