Jekk isir Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia jżomm l-iskema ċedoli. Skema ta’ self sigriet li permezz tagħha l-Partit Nazzjonalista qed idaħħal il-miljuni ta’ ewro mingħajr ma jikxef l-identità ta’ dawk li jkunu selfuh il-flus.
Din hi skema maħsuba biex il-Partit Nazzjonalista jibqa’ jdaħħal il-miljuni tal-ewro mingħajr ma jirreġistra min huma dawk li qed ituhomlu kif titlob il-liġi tal-finanzjament tal-partiti għal donazzjonijiet.
Filwaqt li ddefenda l-iskema mill-bidu sal-aħħar, Adrian Delia qal li hemm min irid jagħti l-flus u ma jurix ismu. Skont hu minħabba t-transfers vendikattivi.
Ma setax jonqos li Alex Perici Calascione, wieħed mill-imħuħ wara l-iskema, iddefendiha. Qal li ma sar xejn illegali u uża t-termini legali biex jiddefendiha.