Morna nsegwu lill-Malta Improv Group, l-ewwel grupp tax-xorta tiegħu f’pajjiżna. Seba’ atturi jirrextaw u joħolqu sitwazzjonijiet spontanji fuq il-palk, mingħajr ebda skript.
Filfatt, dakinhar tax-show, huma jiltaqgħu ftit qabel, jippreparaw l-ilħna u jistennew lill-udjenza timla s-sala.
Malli jibda, huma jitolbu lil dawk preżenti biex jiddeskrivu sitwazzjoni partikolari, liema sitwazzjoni huma jridu jirrextawha.
Jekk din mhijiex diffiċili biżżejjed, huma jagħmlu sett ta’ regoli. F’ċertu ċirkostanzi jkunu ppreparati b’tali mod li xi atturi jistgħu jkunu jistgħu jgħidu xi kliem jew sentenzi biss, waqt li atturi oħrajn fl-istess xena jistgħu jitkellmu b’mod liberu.
Tkellimna mad-direttriċi tal-grupp, Joelle Merheb mill-Libanu u li ilha tgħix f’pajjiżna għal dawn l-aħħar sentejn.
Bdiet il-grupp is-sena li għaddiet, waqt li spjegatilna li issa jinsabu fit-tielet wirja tagħhom. Jirriżulta li se jkun hemm ħafna iktar.