L-aħbar irrappurtata llum bi prominenza fuq il-media Nazzjonalista dwar apparat mediku f’Mater Dei li mhux qed ikun sterelizzat, hi aħbar falza u intenzjonata biss biex tallarma. Qal dan l-Isptar Mater Dei permezz ta’ stqarrija.
L-Isptar Mater Dei ċaħad kategorikament li qed juża xi strumenti li mhux sterelizzati kif suppost.
Hu għajb għall-midja Nazzjonalista li tirrikorri għal dawn it-tattiċi qarrieqa biex tipprova tattakka l-Isptar Mater Dei u toħloq allarm bla bżonn, temm jgħid l-isptar fl-istqarrija.