Kwarta xogħol u tliet kwarti brejk.
Hekk issostni li għandu jkun il-ħin tax-xogħol fuq barra l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Dan fl-agħar ħinijiet tax-xemx f’dawn iż-żminijiet fejn it-temperaturi jibdew jilħqu livelli rekord.
Emfasi partikolari ssir għal siti tal-kostruzzjoni fejn li wieħed japplika l-krema protettiva u jilbes xi beritta jaf ma jkunx biżżejjed.
Fil-fatt, l-ewwel parir hu li min hu responsabbli jieħu il-miżuri amministrativi biex f’dak il-ħin ix-xogħol barra jkun evitat għal kollox.
Tant li għandhom isiru arranġamenti biex jew ix-xogħol jibda u jispiċċa kmieni jew inkella jsir xogħol fuq ġewwa taħt xi forma ta’ lqugħ.
Jekk dan ma jkunx possibbli allura r-regoli jgħidu li għandu jinbidel il-ħin tal-brejk, b’mod li ftit huma dawk konxji tiegħu.