Hekk kif is-sħana tas-sajf qed tinħass sew, kull persuna li tuża l-vettura għandha tiftakar li għall-ebda raġuni m’għandha tħalli persuni, tfal jew annimali f’vettura maqfula sakemm tagħmel xi tip ta’ qadja.
Meta vettura tissakkar, it-temperatura fil-vettura tibda tiżdied bil-minuti sakemm tiġi insapportabbli.
F’messaġġ qasir permezz ta’ filmat, il-Korp tal-Pulizija xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tas-sewwieqa dwar dan il-fatt. Sostnew li hu illegali li wieħed iħalli persuna, tifel jew tifla jew annimali f’karozza maqfula anke jekk għal perjodu qasir.
Fl-istess messaġġ intqal kif mhux l-ewwel darba li l-Pulizija ssejħu għall-għajnuna biex jassistu persuna, tarbija jew annimal li deher li kellu bżonn l-għajnuna waqt li kien maqful f’vettura fis-sħana.