Mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku dalgħodu.
L-inċident seħħ f’mina fi Triq Mikiel Anton Vassalli fl-Imsida, għal ħabta tas-7a.m.
Jidher li l-mara, ta’ 25 sena minn San Ġwann, kienet qed issuq mutur tat-tip Kawasaki u għal xi raġuni skidjat.
Aktar tard hija ġiet ċċertifikata li qed issoffri ġrieħi ta’ natura gravi.