Matul l-ewwel nofs ta’ din is-sena, seħħew xejn inqas minn disa’ fatalitajiet kawża ta’ inċidenti tat-traffiku. Minn dawn, sebgħa kienu rġiel, waqt li tnejn oħra kienu nisa.
Skont ċifri maħruġa mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika dwar is-suġġett intqal kif minn dawn id-disa’, ħamsa nqatlu permezz ta’ karozza, tnejn permezz ta’ mutur, persuna oħra bi quadbike, u oħra b’vann.
S’issa matul l-2017 seħħew 7,599 inċident, 233 inqas mill-istess perjodu tal-2016, meta kienu seħħew 7,792 inċident. Mill-inċidenti ta’ din is-sena, 425 seħħew f’Għawdex.
Persuni li b’xi mod jew ieħor sfaw midruba hemm 946, b’540 raġel, u 406 mara. Bħala etajiet, l-iktar grupp t’età li fih weġġgħu nies kien bejn 26 u 40 sena, b’280 persuna.
L-ikbar ammont ta’ inċidenti ġie nnutat fil-lokalità ta’ Birkirkara, fejn fl-ewwel nofs tal-2017 seħħew 600 inċident. Dan segwit minn Ħal Qormi u San Pawl il-Baħar, bi tliet mija sebgħa u sittin, u bi tliet mija u tliet inċidenti rispettivament.