Tifel ta’ 13-il sena qed isofri minn ġrieħi ħfief wara li ttajjar minn vettura fil-lokalità taż-Żejtun.
L-inċident seħħ fi Triq San Girgor għall-ħabta tal-12:15 fejn fuq il-post issejħet ambulanza sabiex tieħu lit-tifel l-isptar Mater Dei biex jirċievi l-kura neċessarja. Dan wara li hu ntlaqat minn vettura tat-tip Peugeot 208 misjuqa minn mara ta’ 34 sena residenti San Ġiljan.
Fortunatament hu sofra minn ġrieħi ħfief.