Is-Segretarju Amerikan tal-Istat Rex Tillerson qal li l-Gvern tal-Istati Uniti mhux qed ifittex li jkun hemm bidla fir-reġim tal-Korea ta’ Fuq.
Hekk kif bħalissa teżisti tensjoni fuq il-programm tal-armi ta’ Pyongyang, Tillerson qal li pajjiżu mhux l-għadu tal-Korea ta’ Fuq, u li l-Istati Uniti jridu djalogu.
Iżda l-BBC irrapporta li senatur Repubblikan qal li l-President Donald Trump qallu li se jkun hemm gwerra mal-Korea ta’ Fuq jekk il-programm tal-missili jkompli.
Pyongyang qed jgħid li l-aħħar missila żviluppata tista tolqot il-kosta tal-Istati Uniti.