Il-grupp mużikali rinnomat U2 bħalissa jinsab għaddej bit-Tour ‘The Joshua Tree Tour 2017′ li għalih qed juża ajruplan reġistrat ma’ Transport Malta.
Żvela dan iċ-Ċermen u Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta, James Piscopo.
U2 huma band irlandiża sewwa sew minn Dublin li ffurmat fl-1976 li minnha jagħmel parti l-kantant ta’ fama internazzjonali Bono.
It-Tour beda fit-12 ta’ Mejju 2017 u mistenni jintemm f’Ottubru u jikkomemra it-tlettin sena anniversarju mill-album tagħhom 1987. Il-grupp se jkun qed iżur l-Ewropa, l-Amerika ta’ Fuq, l-Amerika Latina b’total ta’ 52 esebizzjoni.