Kellhom ikunu fl-istess gallarija li sfrondat ftit tal-mument ilu fir-ristorant Baracuda f’San Ġiljan, iżda ħelsuha ħafif. Peter Tolan irrakkonta ma’ one.com.mt kif flimkien ma’ tliet persuni oħra ma qagħdux fil-gallarija għax martu insistiet li kienet se tħoss il-bard.
“Waqt l-ikla smajna ħoss kbir. Għall-ewwel ħsibnieh relatat ma’ festa iżda fi ftit sekondi ndunajna li seħħet xi ħaġa serja ftit passi ’l bogħod minna,” irrakkonta t-turist Ingliż ta’ 71 sena.
Ħaddiema li tkellmet mal-grupp qalet li n-numru tal-midrubin seta’ kien akbar, iżda l-andament tax-xogħol matul dan il-lejl inzerta kien kwiet.
Tolan qal li l-Pulizija, il-Paramediċi, il-Protezzjoni Ċivili u l-Armata rreaġixxew minnufih u kif fuq il-post fi ftit minuti. Minn fejn kien seta’ jara l-patrol boat tal-Forzi Armati jassistu persuna li waqgħet fil-baħar u jtellgħuha abbord.
https://www.youtube.com/watch?v=Q6Z-rMof5V4