Fl-2024 il-belt kapitali ta’ Franza, Pariġi, se tkun qed tospita’ l-logħob olimpiku wara li Los Angeles irtirat il-kandidatura bil-ħsieb li tospita’ l-Olimpjadi fl-2028.
Din id-deċiżjoni li mistennija tkun ikkonfermata ix-xahar id-dieħel fil-Peru, intlaqat b’sodisfazzjon mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali li se jkun qed jgħati s-somma ta’ madwar biljun u nofs ewro lill-Kumitat Organizzattiv Olimpiku f’Los Angeles talli aċċettaw li jċedu favur Franza.
Kemm Pariġi kif ukoll Los Angeles baqgħu fit-tellieqa wara li Budapest, Hamburg, Boston u Ruma irtiraw.