Id-deputat Nazzjonalista, Jason Azzopardi, qal li qed jikkunsidra bis-serjetà li jikkontesta għal Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista.
Sa issa kkonfermaw li se jikkontestaw David Agius u Robert Arrigo, wieħed għall-affarijiet tal-Parlament u l-ieħor għall-Affarijiet tal-Partit.
Azzopardi huwa interessat f’dik li se jikkontesta David Agius.
Skont Azzopardi, magħruf għal kundanni fil-konfront tiegħu mill-Awditur Ġenerali, qed ikollu appoġġ sħiħ minn partitarji tal-Partit Nazzjonalista.
Qal li bdew iħeġġuh meta kien għadu fis-sala tal-għadd tal-voti u issa qed jikkunsidra bis-serjetà.
Iżda, sal-lum ma tantx seta’ jaħseb għax tgħidx kemm kien imħabbat minħabba l-kwistjoni tal-Panama.
Intant, Jason Azzopardi hu wieħed mill-ewwel deputati li ddikjara l-appoġġ tiegħu fil-miftuħ għal wieħed mill-kandidati li qed jikkontestaw il-kariga ta’ mexxej. Qal li hu jippreferi lil Chris Said bħala kap.