55 emigrant Malti llum iltaqgħu mal-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca fil-Palazz ta’ San Anton. Dan hekk kif huma bħalissa jinsabu fuq btala f’Malta, il-pajjiż li twieldu fih.
L-Awstralja, l-Ingilterra, Franza, il-Kanada u l-Brażil – dawn huma l-pajjiżi li fihom jgħixu l-istess emigranti.
Il-President ta’ Malta, Marie Louise Coleiro Preca qaltilhom kif bħala pajjiż, Malta qatt ma nesiethom u ħeġġithom biex filwaqt li jżommu l-imħabba lejn MAlta dejjem jaraw li jimxu iktar ‘il quddiem.