Bħalissa, fil-Port Ħieles għaddejja ħidma wara li nxtered xi żejt minn vapur tal-merkanzija li kien ittrakkat fil-Freeport tul il-lejl li għadda.
Il-ħidma ilha għaddeja lejn sħiħ fejn irnexxielhom jikkontrollaw it-tixrid li kien hemm bejn Terminal numru 1 u Terminal numru 2.
S’issa m’hemm ebda informazzjoni li ġew affettwati xi bajjiet minn dan it-tixrid ta’ żejt fejn qed jiġi żgurat li t-tixrid taż-żejt jibqa’ jiġi kkontrollat, iżda s’issa l-inspezzjonijiet għadhom għaddejjin.
Il-każ seħħ meta l-vapur, bl-isem ta’ Leonie P, kien qed iħott xi xogħol waqt li kien f’Terminal numru 2.
S’issa għadu mhux magħruf x’wassal għat-tixrid taż-żejt.