Id-direttur tal-komunikazzjoni fil-White House, Anthony Scaramucci, tkeċċa wara biss ftit anqas minn għaxart ijiem fil-kariga.
Il-ħatra tiegħu ġabet magħha żewġ riżenji ewlenin mill-White House, dik tas-Segretarju tal-Istampa, Sean Spicer u ċ-Chief of Staff tiegħu, Reince Priebus.
Id-deċiżjoni li Scaramucci jitkeċċa ttieħdet mic-chief of staff il-ġdid, John Kelly.
Barra minn hekk, jidher li anke l-President ma kienx kuntent bil-prestazzjoni ta’ Scaramucci, skont kif ikkonfermat il-White House.