Il-footballer Rorimi Williams Akande, li fil-bidu ta’ Lulju instab ħati minn ġuri li pprova joqtol u kkawża ġrieħi gravi lill-tarbija ta’ ħmistax il-xahar, u ngħata sentenza t’ erbatax-il sena ħabs, appella mis-sentenza.
Huwa qed jargumenta li kien hemm spjegazzjonijiet mediċi oħra ta’ kif seta’ spiċċa b’ ġrieħi severi u permanenti f’ moħħu. F’appell ta’ sitta u erbgħin paġna, l-avukati ta’ Akande argumentaw li kien hemm mumenti oħra meta t-tifel waqa’ minn fuq is-sodda waqt li ommu kienet tkun qed tinħasel jew li ttieħed għand it-tabib għax kien jinfaraġ, u li l-omm nesiet issemmi dawn l-episodji meta interrogata.
F’ appell li fih qed jintalab li jerġa’ jinstema l-każ għaliex il-verdett tal-ġuri kien illegali, sar sforz biex il-konklużjonijiet tal-espert mediku tal-qorti ikun rivedut. Intqal ukoll li l-intenzjoni biex wieħed iweġġa’ b’mod gravi u għal attentat t’ omiċidju, iż-żewġ akkużi li tagħhom instab ħati, huma differenti.
Fir-rikors intalbet sentenza differenti ukoll fid-dawl li r-raġel kellu kondotta nadifa.