Mara ta’ 42 sena, residenti l-Imġarr qed isofri minn ġrieħi gravi wara li waqgħet għoli ta’ madwar sular waqt li kienet f’sit ta’ kostruzzjoni.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.20, fi Triq Louis Wettinger, il-Mellieħa.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.