Aktar minn 22,000 persuna ġew evakwati mill-kunċert Tomorrowland fi Spanja wara li parti mill-palk ġie maħkum minn nirien.
Ritratti fuq il-midja soċjali wrew kif naħa mill-palk ta’ Tomorrow land Unite qrib Barċellona sar fjamma waħda.
L-ebda persuna ma ġarrbet ġrieħi.
L-organizzaturi qalu fuq is-sit tal-festival li x’aktarx il-problema kienet li kien hemm ħsara teknika li kkawżat in-nirien iżda ma ngħataw ebda dettalji aktar.
Fuq il-palk kien mistenni li jdoqq id-DJ ta’ fama internazzjonali, Steve Aoki, meta l-kunċert ġie kkanċellat.