Il-kandidat għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ma tantx jagħmel differenza x’taħseb Marlene Farrugia dwar il-ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. Dan għax fi kliemu din hi elezzjoni interna.
Marlene Farrugia, li fil-parlament telgħet fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, qalet li l-erba’ kontestanti huma non starters u dalgħodu appellat biex l-elezzjoni tkun sospiża. “Nirrispetta l-opinjoni tagħha,” qal Delia li mbagħad żied li “l-opinjoni tagħha ma tagħmilx differenza għax din hi elezzjoni interna.”