F’ħidma mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Drogi, waqt tfittxija ġewwa żewġ appartamenti f’Għajnsielem, il-Ġimgħa filgħodu, wasslet għall-arrest ta’ żewġt persuni Ingliżi li għandhom 55 u 57 sena. B’rabta ma’ din is-sejba il-Pulizija elevat total ta’ ħamespjanti suspettati kannabis u boroż b’sustanza suspettata droga ħaxixa tal-kannabis.Iż-żewġ persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-istħarriġ li għadu għaddej.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Joanne Vella Cuschieri li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.