Ftit qabel l-16:00 ta’ wara nofsinhar ħin lokali l-Korea ta’ Fuq sparat missila ballistika li niżlet fl-ibħra territorjali tal-Ġappun.
Is-Segretarju tal-kabinett Ġappuniż Yoshihide Suga waqt li laqqa laqgħa ta’ emerġenza sostna li sa issa ma kienx hemm rapporti ta’ ħsarat. Fi stqarrija l-Pentagon qalet li qed tosserva s-sitwazzjoni mill-qrib.
Din kienet it-tieni prova fi ftit aktar minn xagħar meta f’Ġunju li għadda saret prova oħra ta’ missila li hija stmata li kapaċi ġġorr armi nuklejari fuqha.