Charlene hi mara li hi kburija li għandha żewġ karrieri li ma tantx hawn nisa jaħdmu. Fejn karriera minnhom hi dik ta’ tattoo artist u apparti minn hekk hi taħdem ukoll bħala Aircraft Engineer.
F’intervista qasira li għamlet ma’ The People of Malta, Charlene qalet li hi tixtieq tħeġġeġ iktar nisa biex ma jaqtgħux qalbhom u jagħżlu karriera li diha jaraw lillhom infushom fejn sostniet li hi ma tibżax tagħmlu għax tagħmlu b’passjoni.
“L-arti hi parti minni, minn meta kont għadni żgħira kienet togħġobni. Komplejt nistudjaha u anke kont se mmur għalliema tal-Arti. Imma ddeċidejt li mmur l-MCAST. Ridt karriera. Għalhekk mort nagħmel Diploma in Aerospace Engineering. Jiena persuna li tgħidlix biex f’xogħli noqgħod bilqiegħda. Irrid ninvolvi ruħi u rrid nagħmel xi ħaġa b’idejja,” qalet Charlene.
Spjegat kif wara li lestiet il-kors bdiet bħala technician f’kumpanija tal-avjazzjoni. Wara sitt xhur, tawha l-opportunità li tkompli tistudja u llum saret Aircraft Engineer.
“Ftit huma dawk in-nisa li għażlu din il-karriera. Sadanittant, l-arti ma qtajthiex u mort l-Ingilterra biex nistudja ‘tattoo art’. Niftakar il-ġenituri tiegħi kienu ftit imħassba li se mmur nagħmel dan il-kors. Biex inlaħħaq ma’ kollox T.V. ma narax, id-dar ma noqgħodx u rqad mhux iktar minn sitt sigħat kuljum. Nimxi bil-prijoritajiet.” temmet tgħid Charlene.